Mur għall-kontenut ewlieni

Finanzjament tal-investiment

L-investiment hu wieħed mit-3 pilastri tal-prijoritajiet tal-politika ekonomika tal-UE flimkien mar-responsabbiltà fiskali u r-riformi strutturali. Il-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġ il-finanzjament tal-investiment fl-Ewropa permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ programmi u strumenti finanzjarji. Il-pjan ta’ investiment għall-Ewropa għandu l-għan li jagħti spinta lis-setturi ekonomiċi li joħolqu l-impjiegi u jżidu t-tkabbir ekonomiku. F’Settembru 2016 il-Kummissjoni pproponiet estensjoni tad-durata tal-fond Ewropew għal investimenti strateġiċi (FEIS).